NILTAQGĦU MAL-FINALISTI

line image

Il-Ftuħ ta’ Valletta 2018 mela' t-toroq tal-belt kapitali b’mużika, żfin, akrobazija, allegrija, u spettaklu liema bħalu. Marbut mal-erba’ pjazez prinċipali tal-belt Valletta, iżda mhux biss, hekk kif l-arti u kultura jinsabu mifruxa ma’ kull kantuniera tal-belt, b’festi, bandalori, u l-istorja ta’ gżiritna rrappreżentata fuq projezzjonijiet diġitali.

Il-produzzjoni ‘Ilħna Mitlufa’ hija vjaġġ mużikali li jżewwaq il-poeżija u l-għana bl-għan li jfittex il-leħen li xi darba kellna. Il-leħen li kien użat minn dawk li ġew qabilna, biex jesprimu mill-isbaħ sal-ikrah mumenti ta’ ħajjithom, flimkien mal-biżgħat u l-aspirazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum.

Id-Dramm Is-Serra, magħruf aktar bħala The Hothouse ta’ Pinter, huwa bbażat f’sanatorju fejn dawk imsejħa “pazjenti” huma filfatt dissidenti politiċi li jkunu qed jaqilgħu diversi trattamenti korrettivi ħorox. Id-dramm mtella’ fit-teatru tal-Isptar Monte Carmeli, iffoka fuq l-inumanità u l-korruzzjoni każwali li jdennu qiegħ il-pilastri tal-awtorità istituzzjonali.

Il-Festa l-Kbira hija ċelebrazzjoni tal-festa tradizzjonali Maltija, l-ikbar festa li qatt saret f’pajjiżna. Dan hekk kif dawk li s-soltu jkunu ċċelebrati bħala erba’ festi separati u rivali fil-Belt Valletta, għall-ewwel darba fl-istorja ngħaqdu biex tiġi ċċelebrata festa waħda kbira, magħquda wkoll biż-żewġ każini tal-baned, La Vallette Band Club u King’s Own.

Imħabba li ntilfet żmien ilu, tista’ tirxoxta? Din hija t-tema li d-dramm Skylight ittratta hekk kif Tom li kien ħassar ir-relazzjoni minn mal-maħbuba meta ndunat biha martu, jerġa’ jfittex lil dik il-maħbuba wara l-mewt ta’ martu. Hekk kif Kyra ssib lil iben Tom ma’ wiċċha biex jipprova jikkonvinċiha terġa’ tħobb lil missieru, dlonk jitfaċċa Tom f’darha biex jipprova jerġa’ jisirqilha qalbha.